Żewġt irġiel barranin sofrew ġrieħi gravi wara li kienu involuti f’argument li seħħ is-Sibt fit-tlieta w kwart ta’ filgħodu fi Triq Ross f’San Ġiljan.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li seħħ argument, fejn qed ikun allegat li ntuża oġġett li jaqta, bejn Somalu ta’ wieħed u għoxrin sena li joqgħod Marsaxlokk u raġel ieħor li l-identita tiegħu għadha mhux magħrufa.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liż-żewġt irġiel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħataw l-kura meħtieġa. Aktar tard huma ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejja.