Persuna ta’44 sena qed issofri minn xi ġrieħi wara li kienet involuta f’argument li seħħ it-Tlieta waranofsinhar f’San Ġiljan.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-4pm fi Triq il-Kbira, meta nqala’ argument bejn persuna ta’ 27 sena mill-Gżira u persuna ta’ 44 sena mill-Belt Valletta.
Il-persuna ta’ 44 sena ttieħdet l-Isptar Mater Dei fejn ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.