Mara ta’ 47 sena minn Birkirkara weġġgħet gravi waqt argument ma’ mara oħra li seħħ matul il-lejl li għadda għall-ħabta tan-nofsiegħa fi Triq Testaferrata f’Ta’ Xbiex.
Fi stqarrija tal-Pulizija ntqal li waqt l-argument, intużat arma li taqta’ u bil-ponta.
Il-mara l-oħra li kienet involuta fl-argument, ħarbet minn fuq il-post.
Tim mediku mar fuq il-post biex jassisti u l-mara ttieħdet l-isptar b’ambulanza, fejn ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI