Tfajla ta’ 25 sena ndarbet gravi wara li kienet involuta f’argument bejn tliet persuni f’ristorant fil-Marsa.
Il-każ seħħ matul il-lejl li għadda, għall-ħabta tas-siegħa f’ristorant fi Sqaq l-Ajkla , il-Marsa meta l-istess tfajla ġiet aggredita u qalgħet daqqa ta’ oġġett iebes.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li għal xi raġuni kien qam argument bejn żewġt irġiel li għandhom 30 u 33 sena u mara ta’ 25 sena, kollha Eritreani. Jidher li waqt l-argument, ir-raġel ta’ 30 sena, allegatament aggredixxa lill-mara permezz ta’ oġġett iebes.
Il-mara ta’ 25 sena ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa fejn ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.