Malti ta’ 59 sena weġġa’ gravi wara argument ma’ Serb ta’ 39 sena f’San Pawl il-Baħar.
L-argument seħħ għall-ħabta tas-2:20 ta’ waranofsinhar fi Triq il-Port Ruman, San Pawl il-Baħar.
Il-Malti ta’ 59 sena sofra ġrieħi gravi u ttieħed ġewwa Ċentru tas-Saħħa.
Is-Serb ġie arrestat u qed jinżamm fil-lock-up tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, waqt l-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett tal-Qawra għadhom għaddejjin.