Argument bejn tliet irġiel fi stabbiliment tad-divertiment f’San Ġiljan iħalli raġel ta’ 48 sena minn San Pawl il-Baħar jsofri minn ġrieħi gravi.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-20:30 ta’ filgħaxija fi Triq Santa Rita u jidher li r-raġel minn San Pawl il-Baħar u żewġt irġiel oħra li l-identità tagħhom mhux magħrufa daħlu f’argument bil-konsegwenza li r-raġel ta’ 38 sena safa midrub minn oġġett.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn iktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.