ONE News hu infurmat li ftit tal-ħin ilu seħħ argument bejn 12-il persuna f’Ħal Far. Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li l-argument seħħ fil-viċinanzi taċ-Ċentru Miftuħ. Fuq il-post issejħu l-Pulizija mis-sezzjoni tar-Rapid Intervention Unit.
Fortunatament wara ftit tal-ħin kollox mar lura għan-normal.
Ħadd ma ndarab f’dan l-argument.