Mara mill-Arġentina allegatament poġġiet il-katavru ta’ bitha ta’ 5 snin f’kaxxa tal-injam, imlietha bis-siment u użatha bħala komodina għal diversi xhur.
Sky News irrapporta li l-Pulizija sabet il-katavru tat-tifla Milagros Nazareth Martin fid-dar tal-omm, Vanesa Mansilla wara li żewġha rrapporta li kien ilu ma jara lil bintha.
Inizjalment, il-mara ta’ 27 sena qalet li poġġiet lit-tifla fil-kura tas-servizzi soċjali minħabba kundizzjonijiet mhux sanitarji fid-dar tagħhom.
Iżda meta wasslu l-Pulizija fid-dar tagħha, hija ammettiet li ma kinitx taf x’għandha tagħmel meta mietet it-tifla, u beżgħet li jittieħdulha t-tfal l-oħra mill-awtoritajiet, subien ta’ 3 u 7 snin.
Għalhekk poġġiet il-ġisem ta’ Milagros f’borża u tefgħet f’kaxxa li mliet bis-siment, liema kaxxa kisbitha minn sit ta’ kostruzzjoni.
Investigaturi kkonfermaw li l-kaxxa bil-ġisem ġewwa intużat bħala komodina fil-kamra tas-sodda tal-mara. Awtopsja ddeterminat li t-tifla mietet b’infezzjoni respiratorja li kienet ġejja minn mard li kien jeżisti minn qabel, li kien jeħtieġ il-kura.