Il-Qorti Awstraljana sabet Arċisqof Kattoliku ħati li ħeba każ t’abbuż sesswali li seħħ lura fis-snin sebgħin.
Biex Philip Wilson, l-Arċisqof ta’ Adelaide, tniżżel fl-istorja bħala l-aktar Kattoliku anzjan fid-dinja mixli u ħati b’din l-offiża.
Huwa nstab ħati li ħeba l-abbuż fuq abbatini minn kollega qassis tiegħu fi New South Wales. Fil-kumpilazzjoni, huwa ċaħad li kien jaf bl-abbuż.
Fi stqarrija mill-Knisja, Wilson qal li kien diżappuntat bil-verdett u se jikkunsidra l-għażliet legali tiegħu.