L-Arċisqof Charles Jude Scicluna ħatar lil Dun Albert Buhagiar bħala Arċipriet tal-Parroċċa ta’ San Filep ta’ Aġira, Ħaż-Żebbuġ.
Buhagiar twieled Ħal Tarxien fid-19 ta’ Awwissu 1964.
Huwa rċieva l-formazzjoni għas-saċerdozju fis-Seminarju tal-Arċisqof f’Tal-Virtù, ir-Rabat, u segwa l-istudji tal-Filosofija u t-Teoloġija fil-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta u ġie ordnat saċerdot fit-2 ta’ Lulju 1993.
Dun Albert serva bħala viċi kappillan fil-parroċċa tal-Gżira u fil-parroċċa taż-Żejtun.
Fl-1996, huwa ġie appuntat Segretarju Privat tal-Arċisqof Ġużeppi Mercieca u fl-istess żmien wettaq ukoll ħidma pastorali fil-parroċċi ta’ Wied il-Għajn u Ħal Luqa.
Huwa kien ukoll arċipriet tal-parroċċi tas-Siġġiewi u l-Mosta.
F’Jannar tal-2017 nħatar bħala Rettur tas-Seminarju tal-Arċisqof.