Proġett, bl-isem ta’ ‘Arani u Ismagħni’, għandu l-għan li jqajjem aktar għarfien fost il-pubbliku inġenerali dwar kunċetti sempliċi tas-saħħa, iżda li kapaċi jagħmlu bidla fil-mod kif il-pazjenti jiffaċċjaw kundizzjoni medika u kif il-professjonisti jistgħu jgħinu pazjenti aħjar.
L-istess proġett ipoġġi fuq quddiem tliet temi ewlenin, inkluż is-setgħa lill-pazjenti, l-immaniġġjar ta’ kundizzjoni u l-komunikazzjoni bejn il-pazjenti u l-professjonisti.
Dawn it-temi ġew jiġu ttrattati permezz ta’ vidjows animati maħruġin mill-MHN. Fl-okkażjoni tat-tnedija tal-proġett, il-Ministru tas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva, Jo Etienne Abela, faħħar ix-xogħol tal-MHN, li qed ikun proattiv b’dawn l-inizjattivi neċessarji biex wieħed jieħu ħsieb tiegħu nnifsu u jitgħallem dwar kif għandu jieħu ħsieb saħħtu u jżomm ma’ stil ta’ ħajja tajba.
Dan il-proġett sar permezz ta’ finanzjament ta’ 80% mill-Fond għall-Għaqdiet Volontarji.
Aktar tagħrif dwar l-MHN jinstab fuq is-sit uffiċjali – www.maltahealthnetwork.org.