Sena ġdida, stejjer ġodda u Arani Issa jiftaħ is-sena 2023 bi programm mill-isbaħ li ser jirregalalkom bħal kull nhar ta’ Sibt filgħaxija fuq ONE
Din il-ġimgħa niltaqgħu mal-istorja ta’ Marylnn, din il-mara ta’ kuraġġ straordinarja li minkejja li tinsab f’siġġu tar-roti irnexxielha tkabbar familja b’valuri sodi u sinċieri filwaqt li kompliet tgħix il-ħajja ta’ kuljum b’ tant dedikazzjoni u determinazzjoni.
Arani Issa wkoll ser ifakkar it-telfa ta’ Prof. Calvagna, il-fundatur ta’ Puttinu Cares u speċjalista li ta ħajtu għat-tfal morda bil-Kanċer – Eroj li jgħix fil-qlub ta’ bosta li xhur ilu ħalliena f’incident tat-traffiku bla dubju mhux mistenni. Ser nitkellmu mal-familja tiegħu u ser nisimgħu u napprezzaw flimkien il-kobor ta’ dan l-ispeċjalista, l-umanita’ tiegħu, l-umilta’ tiegħu u nagħtu titwila fuq il-ħajja tiegħu u tal-familja tiegħu filwaqt li napprezzaw flimkien il-valuri veri u sodi li Dr. Calvagna u l-familja tiegħu kienu u għadhom iħaddnu!
U xi ngħidu għar-reunion sabiħa li ser naraw waqt l-ewwel programm t’Arani issa 2023? Iva Joseph Chetcuti u l-produzzjoni riedet tibda s-sena l-ġdida b’reunion mill-isbaħ li żgur ser tmiss il-qlub ta’ kull wieħed u waħda minnkom.