Programm ieħor emozzjonanti hekk kif Joseph Chetcuti u t-tim tiegħu t’Arani Issa jerġa’ bħal kull ġimgħa jwasslilkom programm mimli emozzjonijiet u sorpriżi. X’għandu lest għalina Joseph din il-ġimgħa?
”Nisma’ l-istejjer tal-protagonissti tagħna u nkompli nikkonferma kemm hawn eroj siekta fil-Gżejjer tagħna, nies li ħajjithom hija ta’ vera eżempju lil kull wieħed u waħda minna lkoll. L-istejjer li jħaddan Arani Issa xi kultant ikunu aktar b’saħħithom minn xi film jew storja, r-realta` li minnha jgħaddu uħud minn ħutna l-Maltin u l-Għawdxin hija waħda li tassew ma titwemminx iżda tkun realta’ kiefra u diffiċli li l-protagonisti tagħna jaffaċċjaw b’tant u tant kuraġġ u determinazzjoni”
JOSEPH CHETCUTI – PREŻENTATUR TA’ ARANI ISSA
Din il-ġimgħa niltaqgħu ma’ l-istorja ta’ familja minn Birżebbugia hekk kif tirrakkonta l-esperjenza diffiċli tagħha. Niltaqgħu wkoll ma’ Maria Micallef – mara mill-Gudja tant kuraġjuza li għaddiet minn tant diffikultajiet u l-aħħar u mhux l-inqas l-istorja ta’ MaryRose bla dubju ser tmiss il-qlub ta’ kulħadd
Infakkru li l-applikazzjonijiet għal Arani issa 2023/4 għadhom miftuħin. Biex tapplika tista’ ċċempel: 99229011