Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo illejla poġġa fuq il-mejda tal-Kamra kopji tal-e-mails u l-SMSs li għadew bejnu u bejn l-eks Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni tal-Iskejjel t’Għada, Philip Rizzo.
Madankollu, Il-Ministru Bartolo qal li huwa talab parir legali biex jara jekk ir-rulings li kkwota l-bieraħ l-iSpeaker kienux japplikaw għall-każ tiegħu għaiex huwa kien qed jaqra stqarrija li fiha kkwota d=dokumenti u ma kienx qed jaqra mid-dokumenti f’idejh.
Il-Ministru insista li huwa ma kienx qed jikkontesta t-talba tal-iSpeaker iżda talab li dan il-punt jiġi investigat.
Wara interventi mill-Ministru tat-Turiżmu Edward Zammit Lewis, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, David Agius u Francis Zammit Dimech, l-Aġent Speaker Ċensu Galea qal li s-Sedja ħadet nota tat-talba tas-Sur Bartolo.
[pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2016/12/Evarist-Bartolo-Papers.pdf”]