Il-Kap tal-Oppożizzjoni ħarab milli jixhed fil-kawża li għamillu Keith Schembri, chief of staff tal-Prim Ministru, għax qal li ried ikun jaf biex ħassu malafamat Schembri.
Iżda, id-dokumenti li bihom kien mgħarraf bil-libell Simon Busuttil juru li ilu xhur jaf biex ħassu malafamat Schembri. F’notifika tal-Qorti tal-Maġistrati li ntbagħtet lil Busuttil xhur ilu ntqal ċar u ton li Schembri kien qed jillibellah għal diskors pubbliku li għamel waqt manifestazzjoni politika ta’ nhar il-Ħadd sitta ta’ Marzu.
Saħansitra d-dokument iżid jgħid li bid-diskors ġie rapportat fil-midja “tajt malafama lill-attur b’allegazzjonijiet foloz u malfamanti li huwa kien involut f’atti ta’ korruzzjoni, bil-għan li ttellfu jew tnaqqaslu r-reputazzjoni tiegħu.” Minkejja din id-dikjarazzjoni xhur ilu, il-Ħamis filgħodu fil-Qorti Busuttil inħeba wara legaliżmi biex ma jixhidx kontra Schmebri li dwaru ilu xhur twal jagħmel allegazzjoni wara oħra.