Il-fundatur u Kap Eżekuttiv ta’ Facebook Mark Zuckerberg qal lis-Senaturi Amerikani li l-kumpanija tiegħu tinsab fi ġlieda kontinwa m’operaturi Russi li qed ifittxu li jisfruttaw l-informazzjoni miksuba minn fuq il-midja soċjali.
Il-fundatur ta’ Facebook żvela wkoll li Robert Mueller – li jmexxi l-Kunsill Speċjali li qed jinvestiga l-allegat indħil mir-Russja fl-elezzjoni Presidenzjali tal-Istati Uniti ta’ sentejn ilu, investiga lil xi ħaddiema ta’ Facebook.
Zuckerberg qal ukoll li l-kumpanija tiegħu għaddejja b’ħidma fuq programm li mistenni jibda jagħraf aħjar profili foloz fuq Facebook.