Grupp ta’ disa’ Maltin bħalissa jinsabu fl-Ungerija jirrappreżentaw lil Malta f’Youth Exchange ma’ ħames pajjiżi differenti fejn se tiġi trattata t-tema tal-midja soċjali.
Fil-ġurnata ddedikata lil Malta, ġew organizzati diversi attivitajiet, fejn dawn iż-żgħażagħ ippromwovu lil Malta ma’ diversi parteċipanti minn diversi pajjiżi, fosthom Ungeriżi, Pollakki u Griegi.
Fl-attività ewlenija tal-ġurnata, il-parteċipanti barranin tpaxxew b’filmati mill-isbaħ fuq Malta, kif ukoll bl-ikel tipiku Malti, fosthom il-bigilla, ġbejniet, ħobż tal-Malti, xorb u ħlewwiet lokali.
Attivitajiet bħal dawn jiġu organizzati permezz ta’ fondi mgħotija mill-Ewropa taħt il-programm ta’ Erasmus+. Il-Youth Worker kif ukoll il-Viċi Sindku taż-Żejtun, Stephanie Fenech, hija l-koordintriċi f’isem Malta.