Il-kummiedja teatrali Żeża tal-Flagship li ttellgħet fit-Teatru Manoel din is-sena ser tixxandar fuq ONE. Il-ġrajja li toħodna lura lejn il-music-hall bl-isem tal-‘Flagship Bar’ wara l-ewwel gwerra dinjija, fejn minn hemm niltaqgħu ma’ Żeża, mara fuq ruħa u allegruża.
Fuq kitba u lirika ta’ Joe Gatt, taħt id-direzzjoni ta’ Hermann Bonaci u b’direzzjoni mużikali ta’ Mro Domenic Darmanin, bis-sehem ta’ atturi stabiliti u biż-żeffiena ta’ Paul Curmi, din ir-rappreżentazzjoni ser tixxandar f’Jum il-Milied fil-4:45pm