Pawla, Janvil u Tiziana qed ikunu ta’ kumpanija kuljum f’nofsinhar fuq ONE permezz tal-programm ĊEMPEL U IRBAĦ. Hekk kif għadda l-ewwel xahar ta’ din l-iskeda u allura ta’ dan il-programm, bosta segwaċi rebħu diversi rigali f’numru ta’ logħob li issa qed jindraw sew mas-segwaċi.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2024/10/28124312/WhatsApp-Image-2024-10-28-at-12.42.08_b06797ce-1024x888.jpg)
Fost il-logħob li s-segwaċi jilgħabu ta’ kuljum, hemm il-logħba ta’ Zeus u Pitzu, żewġ karattri ħelwin li s-segwaċi jridu jaqtgħu min imiss minnhom. Logħba sempliċi iżda divertenti li ħafna segwaċi jistaqsu għaliha.
ĊEMPEL U IRBAĦ huwa programm divertenti, fejn b’mod sempliċi s-segwaċi mid-dar jew minn fejn ikunu qed isegwu l-programm ikunu jistgħu jċemplu b’mod dirett u jekk iwieġbu tajjeb, jidħlu fiċ-ċans li jirbħu xi rigali.
ĊEMPEL U IRBAĦ, mit-Tnejn sal-Ġimgħa f’xandira dirett f’nofsinhar fuq ONE
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2024/10/28122518/461802866_122093389460563955_4878119048096394241_n-1024x400.jpg)