Dawn huma l-programmi li tista’ ssegwi kull nhar ta’ Ħamis fuq ONE, fl-iskeda l-ġdida tal-Ħarifa.
Wara l-QUDDIESA li tixxandar kuljum fit-8am, għad-8:50am ftit eżerċizzju u fiżika waqt STEP UP. Eżattament wara, r-radju u t-televiżjoni jingħaqdu flimkien għal THE MORNING MIX bejn id-9am u l-11am.
F’12pm il-programm divertenti ĊEMPEL U IRBAĦ ma’ Pawla, Tiziana Calleja u Janvil filwaqt li fis-1:35pm jixxandar episodju ieħor mis-sensiela maħbuba minn kulħadd, SIMPATIĊI. Fit-2:45pm il-programm prinċipali ta’ wara nofsinhar INDIGO ma’ Josette Sciberras u Lon Kirkop. Fil-5:25pm Ruth Frendo twasslilna staġun ieħor ta’ POPCORN
Fis-6pm, il-programm ewlieni ta’ ġrajjiet kurrenti, BIL-FATTI li jwassalna sal-bulettin prinċipali ta’ ONE NEWS fis-7:30pm. Eżattament wara l-bulettin tal-aħbarijiet, Jurgen Manicolo jlaqqa’ lis-segwaċi ta’ ONE mal-mistiedna tiegħu waqt MANICOLO & CO.
Fit-8:35pm, SHOOTER, il-programm il-ġdid ta’ Danusan u fid-8:45pm il-programm ġdid GĦIDLI STORJA fejn Mario Coleiro se jwassal storja li seħħet f’pajjiżna u naraw rakkont dwarha
Wara d-drama, għad-9:15pm, il-programm ġdid GRILLING fejn il-mistiedna jiġu skrutinjati b’mistoqsijiet diffiċli. Għall-10pm staġun ieħor ta’ DINJA MUTUR fejn insegwu avventura bil-mutur f’pajjiżi tal-missjoni