Minħabba l-konġestjoni u l-kjuwijiet li qed jesperjenza bħalissa, l-Ajruport ta’ Heathrow f’Londra ħareġ ordni lil-linji tal-ajru ta’ kemm jistgħu jdaħħlu passiġġieri.
Din id-direttiva għandha għaddejja sal-11 ta’ Settembu li ġej.
Fi stqarrija l-Air Malta qalet kif il-linji tal-ajru ngħatalhom struzzjonijiet sabiex joperaw bil-massimu ta’ passiġġieri li qed itihom l-Ajruport ta’ Heathrow. Jekk ma jnaqqsux il-passiġġiera huma ġew mitluba sabiex jew iħassru jew ibiddlu l-ħin tat-titjira.
L-Air Malta żiedet tgħid kif peress li fix-xhur ta’ Lulju u Awwissu, għal din ir-rotta, hija bbukjata b’95%, se jkollha tbiddel il-ħinijiet ta’ disa’ titjiriet minn Malta lejn Heathrow u minn Heathrow lejn Malta.
Dawn huma:
22 ta’ Lulju – KM106 tluq minn Malta fil-12:15 u KM107 tluq minn Heathrow fl-15:45.
29 ta’ Lulju / 5 ta’ Awwissu / 12 u 19 ta’ Awwissu – KM106 tluq minn Malta se jkun f’12:10 u KM107 t-tluq minn Heathrow se jkun fit-15:30.
27 ta’ Lulju / 1, 2 u 6 ta’ Awwissu, KM102 tluq minn Malta se jkun fin-12:30 u KM103 tluq minn Heathrow fl-16:05.
L-Air Malta skużat ruħha għal kull inkonvenjenza iżda qalet li dan it-tibdil imur lill’hinn mill-kontroll tagħha.