B’konformità mal-miżuri li qegħdin jittieħdu mill-awtoritajiet tas-saħħa bil-għan li jkun evitat kemm jista’ jkun it-tixrid tal-mikrobu COVID-19, minn nhar it-Tnejn, 16 ta’ Marzu 2020, miċ-ċentri tas-saħħa, filwaqt li se jibqgħu jingħataw is-servizzi essenzjali, se jkunu sospiżi temporanjament diversi servizzi oħrajn, kif jidher hawn taħt:
Servizzi essenzjali li se jkomplu jingħataw miċ-ċentri tas-saħħa | Servizzi li qegħdin ikunu temporanjament sospiżi sakemm jinħareġ avviż ieħor |
(1) General Practitioner Walk-In (2) General Practitioner Żjarat urġenti fid-djar* (3) Treatment Room (4) Medical Consultant Clinic – follow-ups urġenti biss (Referrals ġodda ta’ Scheduke V jitkomplew permezz ta’ email) (5) Diabetes Clinic – każijiet urġenti biss imressqin mill-Konsulent (6) ACC/POC jitkomplew fiċ-Ċentri tas-Saħħa kollha (7) Bloodletting – każijiet urġenti biss (kif deċiż minn tabib) (8) Injezzjonijiet Avastin jitkompew fit-Tetru taċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta (9) X-Ray – każijiet urġenti biss (10) ECG (11) Immunisation services – miċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta u Floriana biss (12) Ophthalmic Clinic – Każijiet urġenti biss (13) Pharmacy – jitkompolew miċ-Ċentri tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid u Floriana (14) Antenatal Clinic (15) Wound Clinic (16) Plaster Slab (17) Podiatry – każijiet urġenti biss (18) Physiotherapy – każijiet urġenti biss (19) Speech & Language Pathology – każijiet urġenti biss (20) Mental Health – każijiet urġenti biss (21) Breast Screening – follow-ups biss (22) Colorectal Screening | (1) Cardiology Clinic* (2) Chronic Disease Management Clinic (3) Chronic Kidney Disease Prevention Clinic (4) Dementia Clinic (5) Dermatology Skin Tag Clinic (6) Dietitian* (7) Nutritionist* (8) Down Syndrome Clinic (9) Ear Syringing (10) Fibromyalgia (11) Cervical Screening (12) Gynae Clinic (13) Post-natal Clinic (14) Lifestyle Clinic (15) Movement and Physical Activity Clinic (16) Orthopaedic Clinic* (17) Orthopaedic minor ops (18) Prescription Clinic (19) Medical Results’ Clinic* (20) School Health Services (21) Scoliosis Clinic (22) Social Worker (23) Sports and Exercise Medicine Clinic (24) Well Baby Clinic (25) Well Being Clinic (26) Port-a-Cath se jmur SAMOC (27) Cervical Screening (28) Breast Screening New Invites
|
Id-Dipartiment tal-Kura Primarja se jkun qed iżid numru tat-telefon ieħor – 21 22 24 44 – biex iżid il-kapaċità tal-Client Support Centre u jkun f’pożizzjoni jilqa’ għaż-żieda fid-domanda li mistennija jkun hemm mill-klijenti. Fil-ġranet li ġejjin, se jkun qed jiżdied is-servizz telemediċinali għal dawk is-servizzi mmarkati * u li issa se jkunu temporanjament sospiżi.