Fuq il-mezzi soċjali, IL-KLINIKA xandru filmat qasir li bosta segwaċi qed jistaqsu x’se jiġri. Il-filmat qisu qed juri togħma żgħira ta’ dak li qed jinħema bħalissa minn RG3 Productions, il-produtturi ta’ din is-sensiela li l-ewwel staġun tagħha xxandar b’mod esklussiv fuq ONE bejn Ottubru u Diċembru tas-sena li għaddiet.
Ara hawn il-filmat qasir li xxandar fuq il-mezzi soċjali
Intant, illum nistgħu nħabbru li l-ewwel 10 episodji mill-ewwel staġun ta’ IL-KLINIKA se jkunu qed jerġgħu jintwerew matul is-Sajf, fuq ONE.