One Tablet Per Child, proġett li jiswa kważi €12-il miljun, bil finanzi ġejjin mill-Fond Soċjali Ewropew. Huwa proġett li minnu se jibbenifika l-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-għalliema u naturalment l-istudenti Maltin.
Huwa proġett immirat li jipprovdi qafas tekniku, grazzi għat-tablets mgħotija lit-tfal, li jintużaw b’mod effettiv fl-ambjent ta’ tagħlim fil-klassi u anke meta jmorru lura d-dar.
Emmanuel Zammit, il-Kordinatur ta’ E-Learning, tkellem fuq ONE Breakfast fejn spjega kif qed jagħmlu użu mit-tablets kemm l-istudenti u kif ukoll l-għalliema.