Mikael huwa wieħed minn eluf ta’ studenti li issa qiegħed id-dar. Mhux b’vaganza iżda f’miżura ta’ sigurta minħabba l-Coronavirus.
Qalilna li minflok il-lezzjonijiet fuq il-bank tal-iskola, issa qed isegwi l-materjal li kellu jagħmel permezz tat-teknoloġija.
Mikael stqarr magħna: “L-għalliema qed jibgħatulna l-lezzjonijiet li kellhom jagħmlu fuq is-sit elettroniku tal-iskola.”
Fost oħrajn dan ifisser li żdied l-ammont ta’ xogħol id-dar.
Mikael spjega: “Qed ikolli homework, iżjed mis-soltu għax ix-xogħol li konna nagħmlu l-iskola qed nagħmluh id-dar.”
B’ton innoċenti rrimarka li mhuwiex kuntent li mhux jara lil sħabu tal-iskola u lanqas huwa kuntent bl-ammont ta’ homework li qed jingħata.
Huwa sostna: “M’iniex kuntent li qed ikolli iktar xogħol għad-dar. Nieħu gost li qed nagħmlu kollu d-dar għax nista’ nqassam il-ħin kif irrid jien.”
Mikael qed jittama li l-għalliema tibda tagħmillhom xi lezzjoni jew tnejn, fi ftit taż-żmien ieħor. Hu stqarr magħhna: “Qaltilna li fuq iż-zoom jaf nibdew nagħmlu lezzjonijiet naqra tqal.”
Meta staqsejna lil Mikael kif qed iqatta l-ġurnata lil hinn mill-obbligi tal-iskola, huwa qalilna hekk: “Fil-freetime qed nilgħab mal-familja, ġieli nilgħab il-Playstation u ġieli nagħmel xi craft jew tpinġija.”
Madanakollu, semma kif qed iħoss in-nuqqas tal-logħba tal-ballun.
Huwa qalilna: “Il-futbol qed nimmisja lil sħabi u m’iniex qed immur l-isports favorit tiegħi għax issa l-ġonna magħluqin allura lanqas nilgħab ftit ma’ missieri ma’ nista’.”