L-Ambaxxata Torka f’Malta ppublikat lista ta’ oġġetti li għandhom bżonn il-vittmi tat-terremot fit-Turkija u s-Sirja.
Dawn jinkludu:
Ħwejjeġ tax-xitwa (għall-adulti u tfal), coats, raincoats, boots, jerseys, qliezet, ingwanti, xalel, skufji, kalzetti, underwear, tined, sodod, saqqijiet (għat-tined), kutri, sleeping bags, gas catalytic stoves, heaters, ċilindri tal-gass, thermos bottles, flashlights, powerbanks, generators, preserves, baby formula, ħrieqi u prodotti tal-iġene.
Il-pubbliku huwa mistieden jieħu l-oġġetti fl-Ambaxxata Torka, 35, Sir Luigi Preziosi Square, Floriana.
Id-donazzjonijiet imbagħad ser jiġu trasportati bl-arju mal-Kumpanija Turkish Airlines.
F’Għawdex, kull min jixtieq jgħin jista’ jħalli d-donazzjoni u oġġetti l-Ministeru għal Għawdex mit-Tlieta 7 ta’ Frar, sa nhar il-Ħamis 9 ta’ Frar mit-8am sat-8pm.
Ara wkoll: