Il-Partit Laburista rebaħ il-maġġoranza f’sittax minn 23 belt u raħal li fihom sar l-ewwel għadd minn tlieta tal-voti mixħuta fl-elezzjonijiet lokali tas-Sibt li għadda. Il-Partit Laburista mhux biss żamm il-maġġoranza fil-kunsilli kollha li kellu t-tmexxija tagħhom fl-aħħar snin, iżda għamel l-istorja wara li kiseb il-maġġoranza għall-ewwel darba fil-kunsill lokali tal-Belt Kapitali, Valletta, li se jkun taħt it-tmexxija ta’ Alfred Zammit. Il-Partit Laburista għamel kisba kbira oħra fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta wara li rnexxielu jirbaħ lura l-kunsilli lokali ta’ San Pawl il-Baħar u għat-tieni darba fl-istorja se jmexxi l-kunsill taħt it-tmexxija Alfred Grima.
L-għadd tal-voti li spiċċa tard l-Erbgħa filgħaxija fisser ukoll li l-Partit Nazzonalista żamm biss il-maġġoranza f’seba’ lokalitajiet u tilef il-maġġoranza tal-voti fil-kunsill tal-Fontana Għawdex minkejja li żamm it-tmexxija tal-kunsill permezz tas-siġġijiet.
B’kollox f’dan ir-rawnd, il-Partit Laburista tella’ 91 kunsillier waqt li l-Partit Nazzjonalista tella’ 63 kunsillier. Differenza ta’ 28 kunsillier. Fl-istess ħin, kien hemm kandidat indipendenti wieħed li wkoll ġie elett. Ir-riżultat tal-elezzjonjiet lokali f’dawn it-23 lokalità rriżulta wkoll f’għadd ta’ sindki ġodda, ħdax għall-Partit Laburista u tlieta għall-Partit Nazzjonalista.
Joseph Galea, is-Sindku l-ġdid ta’ Ħal Tarxien kiseb 2,830 vot, l-akbar għadd ta’ voti fl-ewwel għadd f’dan ir-rawnd ta’ elezzjonijiet, segwit mis-Sindku l-ġdid taż-Żurrieq Rita Grima li kisbet 1,726 vot.
In local councils counting round 1of3 @PL_Malta holds all its councils, gains #Valletta for the first time, swings #SanPawlilBahar, holds #Mellieha and #Mqabba marginals, gets a majority of votes in #Fontana, makes widespread gains -JM
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) May 29, 2019