Il-leġġenda ta’ Hollywood Denzel Washington kellu kliem ta’ tifħir għas-sett li nbena f’Malta, minn ħaddiema lokali, biex jinġibdu l-maġġoranza tax-xeni fil-film tant mistenni ‘Gladiator 2’, li se jkun qed joħroġ aktar tard din is-sena.
F’video qasir, li anke jkompli jagħti togħma ta’ dak li se jkun jinkludi l-film tad-direttur Ridley Scott, Denzel Washington qal li jemmen li dan hu l-akbar film li hu qatt ħa sehem fih fil-karriera twila ta’ suċċess tiegħu.
Hawn irrefera għall-mod kif il-Forti Rikażli fil-Kalkara ġie mibdul f’sett Ruman antik u saħansitra nbniet kopja tal-Kolossew.
Washington, li hu magħruf għal diversi rwoli f’films popolari, qal li s-sett f’Malta ġiegħelu jħossu tassew qed jgħix fl-era Rumana. Xi ħaġa li bi tbissima qal li għoġbitu.
ARA L-FILMAT HAWNHEKK: https://www.facebook.com/share/r/YLicrRSdEe9E99dQ/