Fid-29 jum tal-kampanja l-Prim Ministru Joseph Muscat spjega kif f’dan il-jum “urejna iktar dettalji dwar il-pjan tagħna fir-rigward tal-futur ta’ dan il-pajjiż. Konna diġà wrejna kif il-pjan tagħna x’effett se jkollu fuq l-ekonomija u llum tajna aktar dettalji kemm jiswew il-proposti tagħna. Proposti li nafu minn fejn ġejjin il-flus, nafu li huma affordabbli u nafu li huma realistiċi.
Muscat qal ukoll li “Minn naħa l-oħra wrejna wkoll il-costings tal-Oppożizzjoni. Xi ħaġa li m’għamlux huma u aħna għamilniha biex nuru lill-poplu li l-pjan tal-Oppożizzjoni ma jistax iseħħ u jekk jippruvaw jagħmluh ifallu pajjiż. Dan għax kieku jiġi jiswa elf, tliet mija u tmienja u ħamsin miljun ewro fis-sena, li jiġi jwassal għal defiċit ta’ 14%.”
Fi tmiem il-messaġġ tiegħu l-Prim Ministru qal “għalekk għandkom għażla ċara s-Sibt li ġej. Lil min tridu Prim Ministru jekk hux lil Joseph Muscat jew lil Simon Busuttil u liema pjan tridu. Jekk hux il-pjan tagħna li huwa realistiku, ċar u costed jew pjan li ma jistax jitwettaq.”
Segwi l-messaġġ kollu tal-Prim Ministru hawn isfel.