Tħabbret l-inizzjattiva ‘Batteries for Hospice’, kampanja mill-GreenPak immirata biex iżżid ir-riċiklaġġ tal-batteriji u fl-istess ħin tgħin lil min hu fil-bżonn.
Jekk għandek xi batteriji jiġru x’imkien fid-dar jew fl-uffiċju, aħseb kif inti tista turi sapport għal din il-kawża ġusta kif ukoll tgħin l-ambjent.
Kull ma trid tagħmel huwa li tieħu l-batteriji tiegħek f’wieħed mill-bins tal-batteriji tal-GreenPak li jinsabu ġewwa supermarkets ewlenin, stationaries, kunsilli lokali u skejjel.
It-tipi differenti ta’ batteriji li tista’ titfa’ fil-bins huma AA, AAA, Button, C, D, 6V, 9V u batteriji imħalltin.
Is-Senior Manager ta’ GreenPak, Denise Brincat qalet kif din il-kampanja hija maħsuba biex jingħaqdu żewġ kawżi ġusti – riċiklaġġ u karità. Hija spjegat li GreenPak ser tagħti fondi lill-Hospice għall batteriji li jinġabru biex finalment jiġu riċiklati.