In-nirien qawwija li ħakmu l-inħawi tal-Marsa lbieraħ, ħallew ħerba sħiħa fil-post li fih, pumpiera mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ħadmu qatta bla ħabel biex tfew in-nar qawwi, li żviluppa minn katusi tal-plastik industrijali u tajers f’żona kkaratterizzata minn ħaxix niexef, li kompla jħeġġeġ in-nirien biex jinfirxu.
In-nirien qawwija ħolqu daħna sewda li dehret minn diversi nħawi tal-pajjiż.
In-nar żviluppa fl-għelieqi ta’ madwar il-kumpless sportiv tal-Marsa, għall-ħabta tal-ħdax tat-Tlieta filgħodu.
Mill-inqas għaxar vetturi tat-tifi tan-nar intużaw fuq il-post, waqt li għoxrin pumpier ħadmu għal sigħat fi sħanat qawwija li ġew ikkawżati mill-materjal li beda jaqbad.
In-nirien intfew kompletament għall-ħabta tat-tlieta ta’ waranofsinhar tal-bieraħ, u tnaddfu minn meta ttieħdu dawn ir-ritratti.
Aqra Aktar: