Fil-kawża ta’ Adrian Delia dwar l-isptarijiet, l-ebda deputat ieħor tal-Oppożizzjoni ma kien preżenti anki jekk il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li qed jappoġġja din il-kawża.
Fi tmiem is-seduta nzerta ħareġ Jason Azzopardi mill-Qorti u barra kien hemm grupp ta’ nies tal-fazzjoni Adrian Delia.
Kif ħareġ Jason Azzopardi spikka għajjat kontra Azzopardi li qiegħed il-Qorti ma’ Delia fuq allegazzjonijiet li saru.
Min-naħa l-oħra, xħin ħareġ Delia, spikka ċ-ċapċip minn dawk in-Nazzjonalisti ta’ favurih.
Jason Azzopardi kien fost l-ewlenin li ħadem biex tqaċċat Delia u minfloku laħaq Bernard Grech bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista.