Il-Prinċep Hary tal-Ingilterra u l-prinċipessa figurattiva tal-Barbados, il-kantanta Rihanna, ingħaqdu biex raw għandhomx l-HIV.
Mhux għax kellhom xi suspett fir-realtà, imma għax xtaqu jgħaddu messaġġ fil-jum li mmarka World Aids Day; l-ewwel jum ta’ Diċembru.
Riedu juru fuq kollox li dan mhux proċess diffiċli, u test wieħed f’waqtu jista’ jagħti lok għal kura aktar malajr u ħajja iktar twila. Dan minbarra ħajjiet oħra li jistgħu ikunu salvati jekk il-marda ma tinxteridx.
Madanakollu saħqu li għad hemm wisq stigma dwar l-HIV fil-Karibew, il-post fejn għamlu t-testijiet. Tista’ tara dan il-mument hawn, fejn Rihanna ċċajtat mal-Prinċep u offrietlu ftit kuraġġ.
https://www.youtube.com/watch?v=OV886GXj4lM