Għal darb’oħra qed naraw installazzjoni ġdida fil-Belt Kapitali ta’ pajjiżna. ”Ejj’oqgħod Valletta” hi l-installazzjoni l-ġdida fi Triq Nofsinhar fil-Belt Valletta, xogħol l-artist Carl Caruana.
”Ejj’oqgħod Valletta” hi installazzjoni oħra minn sensiela ta’ installazzjonijiet li l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta qed torganiżża f’diversi toroq bħala parti mill-programm kulturali għall-Belt Kapitali.

Jason Micallef – Ċermen tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta
”Xi ġmiel, x’effett t’atmosfera ħolqot il-bieraħ filgħaxija għal dawk kollha li nzertaw għaddejjin mit-triq, inkella qed jiddevertu fil-ħwienet li jinsabu f’din it-triq”
