Il-Kafè.
Min jixorbu għax iħobbu u min jixorbu biex kemm jista’ jkun jtajjar ix-xogħol li jkollu quddiemu mingħajr sinjal ta’ għejja.
Ħaġa waħda hi ċerta mingħajr il-kafe, il-produttività madwar id-dinja tonqos drastikament.
Madankollu l-antiki tas-seklu tmintax kif kienu jħejju tazza kafe?
Din il-mistoqsija weġbitha l-artista Stephanie Borg hekk kif bdiet proġett ta’ riċerka sabiex tintroduċi u twassal kafe Malti antik magħmul wara sejba ta’ riċetti fl-arkivji nazzjonali.
Borg spjegat iż-żewġ tipi ta’ kafe li ħarġu minn din ir-riċerka li saret.
Riċerka li involviet il-kitbiet ta’ Mikiel Anton Vassalli.
Borg stqarret, “Il-Kafe ta’ Vassalli huwa taħlita ta’ kafe u ta’ ċikwejra. Peress li l-kafe kien skars kien iżidlu ċ-ċikwejra u allura nibtet din l-idea li ċ-ċikwejra kienet tikber madwar il-Mediterran li jħallat il-kafe u ċ-ċikwejra.”
Stephanie Borg spjegat ukoll kif kien ispirat tip ta’ kafè ieħor magħruf bħala tal-Kursara.
Dan kien jinvolvi taħlita ta’ kafè kannella u msiemer tal-qronfol.
Kompliet tgħid, “Il-kafe tal-Kursara huwa ispirat mill-ingredjenti li l-Kursara kienu jieħdu magħhom abbord il-bastimenti tagħhom meta kienu jmorru ovjament biex jisirqu bastimenti oħra li ma kienux Kristjani. Fil-fatt sibna lista fl-Arkivju Nutarili tal-Ingredjenti li kienu jieħdu magħhom bħall- inbid, rum, kafe fost oħrajn u affarijiet oħra.”
Karatteristika interessanti oħra hija kif illum jasal dan il-prodott tal-kafè.
“Ħadt l-ispirazzjoni tiegħu mill-kollezzjonijiet tiegħu l-oħra. Bażikament tal-ferro battuto u tal-madum allura użajt l-isquare tal-maduma Maltija u il-pattern ħloqtu tipo biex jixbaħ tal-ferro battuto. Fil-pattern ukoll daħħalt il-coffee bean biex ovjament jirrifletti l-prodott li hemm ġewwa.” Temmet tgħid Borg.