Wara li s-sena li għaddiet twassal l-ewwel staġun tal-programm MAL-MOLL, minn April li ġej, ONE se jkun qed iwassal lis-segwaċi tiegħu t-tieni staġun ta’ MAL-MOLL.
MAL-MOLL hija sensiela ta’ 13 -il programm li se jlaqqa’ l-udjenza tiegħu mad-dinja tal-baħar. Minn dgħajjes lussużi, għal oħrajn iżjed kompatti, informazzjoni ekoloġika u informazzjoni dwar regolamenti tal-ibħra Maltin u Għawdxin.
MAL-MOLL hija sensiela t’episodji versatili u edukattivi, li mhux ta’ min jitlifhom. Xandru Grech, bħal l-ewwel staġun, se jkun qed jippreżenta dan l-istaġun.