Id-dinja marittima terġa’ tieħu l-ħajja fuq it-televiżjoni hekk kif MAL-MOLL, il-programm televiżiv popolari li jesplora dak kollu li għandu x’jaqsam mal-baħar, jirritorna għat-tielet staġun tiegħu.
Jixxandar kull nhar ta’ Ħamis fid-21:35 fuq ONE, MAL-MOLL ikompli jirrakonta l-istejjer, it-tradizzjonijiet u l-innovazzjonijiet li jsawru s-settur marittimu f’Malta u lilhinn. Minn intervisti dettaljati għal filmati fuq il-post, dan il-programm joffri lit-telespettaturi ħarsa partikolari lejn dawk li jmexxu l-industrija marittima ‘l quddiem.
Ippreżentat mill-kariżmatiku Xandru Grech, MAL-MOLL qed iwiegħed staġun ieħor ta’ kontenut interessanti, stejjer ta’ passjoni u għarfien. Kemm jekk int baħri esperjenzat jew sempliċiment kurjuż dwar il-ħajja fuq il-baħar, dan il-programm se jieħdok fuq vjaġġ ta’ kull ġimgħa fil-qalba ta’ Malta marittima.
MAL-MOLL apparti l-Ħamis fid-9:35pm, se jkun qed jixxandar b’repetizzjoni l-Ġimgħa għall-10:55am u s-Sibt fil-11:40am