Minn April li ġej fuq ONE, jibda ‘Mal-Moll’. Produzzjoni ta’ G Media u bi preżentazzjoni ta’ Xandru Grech, dan il-programm li ser jibda tixxandar kull nhar ta’ Ħamis fit-20:30.
Mal-Moll se jkun qiegħed jagħti ħarsa lejn id-dinja marittima fil-gżejjer Maltin u lejn dak kollu li hu relatat mal-baħar. Il-programm se jkun qed iwassal ukoll intervisti ma’ membri ta’ entitajiet bħal Transport Malta, l-Awtorita’ tat-Turiżmu u kif ukoll l-Awtorita’ tal-Ambjent u r-Riżorsi fost l-oħrajn.
Mal-Moll se jkun qed joffri ħarsa wkoll lejn id-dinja tad-dgħajjes u dak kollu li għandu x’jaqsam mal-inġinerija u l-istruttura tagħhom. Ser jitkellem ma’ esperti fil-qasam li se joffru informazzjoni dettaljata fuq x’tip ta’ dgħajjes huma disponibbli bħalissa fis-suq u kif wieħed għandu jagħmel il-pass sabiex jidħol f’din id-dinja tant versatili.