L-aħħar tislima lill-Monsinjur Victor Grech se tkun qed tixxandar b’mod dirett fuq ONE.
Waqt dan il-programm speċjali, għadd ta’ mistednin li ħadmu jew kienu jafu lill-Monsinjur Grech se jingħaqdu fl-istudjo ta’ ONE. Il-programm jibda fid-9am fejn apparti t-testimonjanzi minn bosta mistednin, il-programm jagħqqadna b’mod dirett mal-Belt Valletta għal dak li jkun qed jiġri, fejn fost l-oħrajn nassistu għall-wasla tal-E.T. Monsinjur Charles J. Scicluna, Arċisqof ta’ Malta, il-wasla tal-Prim Ministru ta’ Malta, l-Onor. Robert Abela u s-Sinjura Abela, il-wasla tal-President ta’ Malta, l-E.T. Myriam Spiteri Debono u s-Sur Spiteri Debono. Finalment il-wasla tal-korteo funebri fil-Kon-katidral ta’ San Ġwann.
Għal ħin tal-10:30am nassistu għal xandira diretta tal-funeral organizzat mill-Istat, b’quddiesa praesente cadavere fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.