Hekk kif bħalissa għaddej ix-xogħol fil-mina tal-Qroqq, se jsir ukoll tisbiħ b’madum ikkulurit.
Dan tħabbar mill-Ministru għall-Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg fuq il-midja soċjali, li qal li fuq in-naħa ta’ barra tal-mina se jkun hemm xogħol ta’ dawl aħjar u fost affarijiet oħra se jkun hemm dan it-tisbiħ.