Heritage Malta ppubblikat r-riżultat tar-rikostruzzjoni virtwali li saret fuq kranju li nstab fil-Katakombi ta’ San Pawl fir-Rabat.
Minn analiżi li saret mill-esperti ta’ Heritage Malta instab li l-mara kellha bejn 18 u 24 sena u huwa kkalkulat li l-iskeletru jmur lura għall-perjodu bejn ir-raba’ seklu qabel Kristu u t-tieni seklu wara Kristu.
L-iskeletru tat-tfajla instab fit-22 ta’ Awwissu 2013 fix-xaft ta’ qabar imdawwar b’għadd sostanzjali ta’ oġġetti tal-fuħħar li kienu tqiegħdu fl-istess qabar.
B’rabta ma’ dan l-iżvilupp Heritage Malta se tkun qed torganizza taħdita Nhar l-Erbgħa, 21 ta’ April, fis-6.30pm, Heritage Malta li se tixxandar fuq Facebook u se ssegwi l-vjaġġ tal-kranju li nstab fil-Katakombi sal-eżitu tal-proċess li sar fil-Laboratorju ta’ Heritage Malta.