Wara li kklassifika fis-6 post tal-Festival Kanzunetta Maltija, Mużika Mużika, Kyle George nieda l-vidjo mużikali tal-kanzunetta ‘Tgħidlix għalfejn‘

F’April li għadda, Kyle George kien fuq il-palk ta’ Mużika Mużika, filwaqt li llum, il-kantant beda futur fl-Ingilterra. Il-kanzunetta miktuba fuq kliem ta’ Cliff Casha u mużika ta’ Cyprian Cassar għandha ħoss modern u wara ftit jiem mill-festival, diġa’ sabet postha fil-klassifiċi lokali.
Segwi hawn il-vidjo mużikali tal-kanzunetta ‘Tgħidlix Għalfejn’