Wasal Karnival ieħor u ONE se jkun qed iwassal waqtiet mill-Karnival ta’ Malta ta’ din is-sena lis-segwaċi tiegħu. Infatti, iż-żfin kompetittiv tal-Karnival tal-Ġimgħa 28 ta’ Frar, li jkun itella’ fi Pjazza San Ġorġ, se jkun qed jixxandar il-Ġimgħa fid-9:20pm, wara l-programm id-Dibattitu.
L-Għada s-Sibt l-1 ta’ Marzu il-Karnival ta’ Malta jissokta u għaldaqstant waqtiet mill-programm tas-Sibt wara nofsinhar ukoll se jkunu qed jixxandru fl-4pm, din id-darba b’mod dirett minn Pjazza San Ġorġ.
Segwi l-Karnival ta’ Malta fuq ONE