Malta għandha waħda mill-aqwa ranges fid-dinja. Dan kien kliem il-kowċ Awstraljan Adam Vella fejn saħaq li minkejja li dawn il-faċilitajiet għadhom ġodda u li s’issa Malta għadha qatt m’ospitat kompetizzjoni ta’ dan id-daqs, l-organizzazzjoni kienet tajba ħafna u lit-tim tiegħu qed iħares ’il quddiem sabiex fil-futur jerġgħu jiġu Malta għal sessjonijiet ta’ taħriġ.
It’s absolutely fantastic, it has got to be one of the best ranges in the world at the moment, the technology, the screening, everything is fantastic an hopefully for myself and my team in the future when we come over to Europe cause it is such a long way from Australia we can maybe drop in for a training camp.
Jan Ketzel, wieħed mill-organizzaturi barranin ta’ din it-Tazza tad-Dinja faħħar l-infrastruttura li għadha kif iżżanżnet għal dan il-kampjonat. Huwa jinsab fiduċjuż li bl-esperjenza miksuba mill-Organizzaturi Maltin f’dan il-kampjonat, fil-futur Malta se terġa tintagħżel biex tospita din it-tazza tant prestiġjuża.
Generally I have to say that it was a good organisation especially for the first time of a big competition like this…Not easy to know all details coming over the years with the contact of foreigners and generally i have to say that it was very good.