STROMATA se jeħodna fi vjaġġ li sar madwar 300 sena ilu (1746). Djarju li nstab ġewwa l-Biblioteka Nazzjonali ta’ Malta, juri pass pass dak li esperjenza, u daq, Ignazio Saverio Mifsud, żagħżugħ Malti fi triqtu lejn Ruma biex jieħu l-ordinazzjoni għal qassis.
Ara hawn it-trailer uffiċjali ta’ STROMATA:
L-Istoriku Liam Gauci, flimkien ma’ Michele Mifsud, kok lokali, se jerġgħu jagħmlu dan l-istess vjaġġ bil-għan li jsajru dawn ir-riċetti storiċi mill-ġdid u jgħixu l-istorja ta’ dan iż-żagħżugħ, filwaqt li nżuru l-istess artijiet.
Produzzjoni eċċellenti ta’ Sharp Shoot Media għal ONE li qed titella’ bil-għajnuna tal-Kunsill Malti għall-Arti.
STROMATA se jkun qed jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa, matul Marzu, nhar l-1, 8, 15 u 22 ta’ Marzu fid-9:30pm