Dramm ibbażat fuq in-novella ‘Vari’ ta’ Trevor Zahra, b’direzzjoni u interpretazzjoni tal-atturi Carlos Farrugia u Joseph Galea. Dan id-dramm ser jittella’ fit-teatru ta’ Spazju Kreattiv, fil-Kavallier ta’ San Ġakbu, l-Belt Valletta mit-8 sas-16 ta’ April.
X’inhu d-dramm Vari – Lilek Nafek xi Mkien?
Huwa xogħol teatrali makabru li fih il-biżgħat tat-tfulija jitħalltu mal-weġgħat tal-adultezza; fejn is-sagru jinbidel f’inkubu, u l-ġrieħi mill-kustat minflok demm li jifdi jnixxu demm li jkexkex. Imma dan xi jkun: ħolm tat-tfulija jew realtà? U min huwa dak il-karattru li jiġi u jmur … li jitfaċċa ġo kull ħolma … daqqa bħala t-tabib li jipprova jħaffef it-toqol tas-salib u daqqa bħala s-sakristan li jlibbes l-porpra u l-kuruna tax-xewk tqattar id-demm?
Dan id-dramm huwa parti mill-programm tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta. Għal aktar informazzjoni tista’ ċċempel 21223200
Segwi dan il-filmat: