Il-programm AWLA ta’ din il-Ġimgħa se jiddiskuti s-separazzjoni u d-divorzju u kif dawn it-tnejn jaffettwaw ir-relazzjonijiet b’mod partikolari meta jkun hemm l-ulied.
Fil-programm se naraw missier li ilu 6 snin fil-qrati ta’ Malta jiġġieled biex jara lil uliedu. Uliedu li qed ibatu minħabba d-dewmien. Din l-esperjenza se tiġi rrakkontata b’mod esklussiv waqt il-programm.
AWLA se jistaqsi diversi mistoqsijiet, fosthom: Kif qed jaffetwa lit-tfal u l-ġenituri d-dewmin fil-qrati? L-omm eġevolata fil-kustodja? Għandu jkun hemm limitu ta’ rikorsi? Kif qed jiġu mħarsa id-drittijiet tat-tfal, ġenituri u nanniet?
AWLA jixxandar it-Tlieta 22 t’Ottubru fid-8:45pm fuq ONE