Il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech baqa’ qatt ma qal b’kemm se jiżdiedu l-pensjonijiet jekk hu jsir Prim Ministru.
Għall-mistoqsijiet tal-ġurnalist ta’ ONE News, Bernard Grech baqa’ jitlobna nfittxu fil-programm elettorali tiegħu li nbidel mal-ħames darbiet.
Dan qalu anki jekk fil-programm elettorali, fl-ebda verżjoni ma hemm ċifra waħda li hi waħda, b’kemm se jiżdiedu l-pensjonanti, għall-kuntrarju tal-Partit Laburista, li fil-Gvern żied il-pensjonanti sena wara l-oħra u mpenjat li jżidhom b’minn tal-inqas €15 fil-ġimgħa.
Ara u ġġudika int!