Lejl xejn sabiħ għal raġel Malti meta għal-ebda raġuni safa midrub, wara li grupp ta’ nies barranin daruh u weġġgħuh gravi waqt li kien qed iwassal lil sieħbu lura d-dar.
Twerwirt. Ħsibt li kienu ser joqtluni.
Dik li kellha tkun lejla mill-isbaħ bejn il-ħbieb ħadet żvolta għall-agħar hekk kif raġel safa midrub gravi wara li grupp ta’ irġiel barranin daruh waqt li kien qed iwassal lil sieħbu lura d-dar kmieni t-Tlieta filgħodu.
Ir-raġel, li xtaq jibqa’ anonimu, għamel kuntatt ma One News sabiex jiddeskrivi l-esperjenza tant indimentakabbli.
Huwa ddeskriva kif kien għadu kif wasal Pembroke minn ħarġa mal-ħbieb sabiex iwassal lil sieħbu, meta dlonk minn imkien ġie fuqhom vann iswed bi tlett nies barranin fih u tfajla.
Wieħed ħabat għal sieħbi. Ieħor ġie b’lembuba beda jkisser fuq il-‘windscreen’ u tagħni daqqa ġo wiċċi sakemm kont għadni marbut bis-‘seatbelt’ u ieħor beda jqatta’ t-‘tyres’ tal-karozza u qaċċatli l-bieba.
Ir-raġel kompla jghid kif ma seta’ jagħmel xejn anke peress li fl-ebda ħin u mument ma stenna li dan kien ser jiġrilu.
Kif ħriġt barra it-tfajla qaltli ‘Run away they are going to kill you’. Jien dak il-ħin għidt dak r-raġel qiegħad bis-sikkina li waqa’ barra mill-karozza, għidt ħa jiġi minn warajja fid-dlam u ħa jtini xi daqqa ta’ sikkina.
Huwa qal li malli ħareġ mill-karozza qasam jiġri għan-naħa l-oħra tat-triq u għal xi raġuni, dan il-grupp barrani rikbu l-vann tagħhom u ħarbu minn fuq l-post.
Meta mistoqsi minn One News dwar x’ħass waqt li seħħ dan kollu, l-vittma qal hekk.
Tibda tgħid jien ħa noħroġ ħaj minnha l-ħaġa. Jiġifieri kienet tal-biża ħafna l-esperjenza.
Għaliha jew ‘mistaken identity’ waħda minnhom jew inkella qadt infittex daqsejn fuq l-internet u qed insib din ta’ ‘gang inititiation.’
‘Gang initiation’ hija forma ta’ prova għal dawk kollha li jkunu beħsiebhom jingħaqdu ma dawn it-tip ta’ gruppi. Prova bħal din tkun tiddetermina min huwa kapaċi għal sitwazzjonijiet perikolużi bħal dawn jew le.
Madankollu din il-persuna ma riditx biss tiddeskrivi l-esperjenza makabra li għaddiet minnha. Hija tkellmet ma One News ukoll sabiex tagħmel appell li permezz tiegħu jkun jista’ jgħin inaqqas dawn il-każijiet.
Jiena nagħmel appell li forsi jsir investiment tajjeb f’high resolution cameras’ bħalma hemm fl-‘istadiums’ fl-ibliet prinċipali fl-Ewropa bħal Londra u Franza. Jiġri x’jiġri qiegħad ‘monitored’.
Intant l-investigazzjoni tal-Puluzija rigward dan il-każ għadha għaddejjha.