Minn rifes artna għall-ewwel darba f’dawn iż-żminijiet anki jekk pajjiżna ma joffriex muntanji bis-silġ u min tant Malta għoġbitu li reġa’ ġej fis-sajf biex iduq ftit mill-ħajja sajfija fi gżiritina.
Dan l-istazzjon żar l-ajruport Internazzjonali ta’ Malta fejn tkellem ma’ wħud mit-turisti li kienu qed iħallu pajjiżna.
Dawn tkellmu dwar l-esperjenzi u l-postijiet l-iktar li laqtuhom. Uħud mill-persuni li tkellimna magħhom qalulna:
- “Malta was lovely and the island is small and we have a lot to discover and it was really really nice.”
- “It was great pleasue in Malta, yesterday we visited Gozo and we are still very impressed about this island.”
- “We visited Valletta than Sliema and Gozo.”
- “Malta was, in my opinion good , and the water the travel the diffrent churches and Gozo it was really pretty good.”
In-nefqa tat-turisti wkoll interessatna u staqsejniehom kif iħarsu lejn in-nefqa tagħhom hawn Malta. It-turisti qalulna:
- “Yes definitely it is not expensive.”
- “Yes definitely.”
- “Malta was a great value for our money, we thought it would be more expensive but it was normally cheap.”
Intant matul is-sena li għaddiet, l-ajruport Internazzjonali ta’ Malta laqa’ seba’ miljun passiġġier.
Ċifra li mhiex ċajta u li kollox jindika li se tkompli tikber anki billi aktar turisti li kellhom esperjenza pożittiva f’pajjiżna qed jirrakkomandaw lil Malta bħala destinazzjoni ta’ mistrieħ u fejn wieħed jista’ jagħmel btala sabiħa. Huma qalu magħna:
- “Yes definitely we always tell our friend how great it was.”
- “Yes definitely.”
- “Yes yes definitely, We are so sad that we are going back.”
- “Yes I can recommend it was very nice.”
- “Yes of course, I already read in german newspaper that malta will be the holiday destination number one for this year.”
- “Yes I can tell them, I sent them a lot of pictures to them for to give motivation to use Malta for holidays.”